Kultura Lokali

‘Storja Animalta’ – Animazzjoni tal-istorja Maltija

Heritage Malta flimkien mal-Kunsill Malti tal-Arti ħadmu fuq proġett li joffri esperjenza ġdida ta’ animazzjoni peremezz tat-tnedija ta’ ‘Storja Animalta’.

Din l-inizjattiva se tkun qed tanima episodji tal-istorja Maltija permezz ta’ 7 filmati, deskritti bħala “storja ċkejkna dwar l-istorja sinjura ta’ pajjiżna”.

Kull episodju ser jipprovdi narrattiva sempliċi u ħelwa li ser tiffoka fuq karrattru, grupp ta’ nies, jew perjodu minn wirt artna.

Dawn il-filmati se jkunu “lixka” biex il-poplu jitgħallem aktar dwar Malta, u li se tqanqal ukoll interess biex tħajjarhom jitgħallmu aktar dwar il-wirt Malti.

L-istess filmati, li huma prodizzjoni ta’ Reciprocal, se jkunu qed juru żvilupp ta’ komunità Maltija b’animazzjoni reali, b’karattri li qed jitkellmu dwar l-istorja ta’ Malta. Dawn l-episodji se jkunu f’forma ta’ rakkont, għax wara kollox, il-ħolqien tan-narrativa u  r-rakkont huwa uħud mil-eqdem mezzi ta’ komunikazzjoni.

Heritage Malta intant ħabret li fil-binjiet tagħha se tkun qed toffri anki kotba tat-tpinġija u se tkun qed tgħin lit-tfal biex jifmhu aktar il-messaġġ tal-istorja Maltija.