Lokali

Stqarrija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

L-allegazzjoni mill-Union of Professional Educators (UPE) fi stqarrija, illi l-Kummissarj għall-Edukazzjoni b’xi mod jittollera indħil mill-awtoritajiet fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu hi għal kollox infondata, inġurjuża u timmina l-kredibilità ta’ dan l-Uffiċċju li huwa ġeluż tal-awtonomija u l-indipendenza tiegħu mill-eżekuttiv.   

L-allegazzjoni speċifika li l-Kummissarju għall-Edukazzjoni tqabbad mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jiġġustifika l-użu ta’ għalliema barranin fl-iskejjel tal-iStat hija invenzjoni pura magħmula in mala fede li tagħmel biss ħsara.

Filwaqt li kulħadd hu liberu u ħieles li jesprimi l-fehma tiegħu, l-Kummissarju għall-Edukazzjoni qatt ma sostna li l-użu tal-ħaddiema barranin biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ għalliema hi soluzzjoni tal-problema. Isostni biss li jekk m’hemmx triq oħra, hu aħjar li l-klassi jkollha għalliem milli ma jkollhiex.