Ir-ritorn ta’ Andy Murray lejn l-aqwa livelli kien imxekkel ilbieraħ hekk kif hu kien megħlub mill-AwstraljanAlex de Minaur 6-4, 2-6, 4-6, fl-Open ta’ Zhuhai. Murray kien kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fis-singles minn wara l-operazzjoni meta nhar it-Tlieta għeleb lil Tennys Sandgren.
Is-seed numru wieħed Stefanos Tsitsipas ukoll kien eliminat ilbieraħ meta rtira minħabba problemi fiżiċi waqt il-konfront tiegħu kontra Adrian Mannarino. Andreas Seppi salva ħames match points qabel għeleb lil Zhang Zhizhen 7-6, 4-6, 7-6, filwaqt li għadda għal rawnd ieħor anki l-Kroat Borna Coric li għeleb lil Wu Di taċ-Ċina 6-3, 6-3.