Internazzjonali Kurżitajiet

Arnold Schwarzenegger “jinbex” lil Sylvester Stallone dwar “ta’ min hi l-ikbar”

L-eks bodybuilder u attur Arnold Schwarzenegger tella’ filmat li fih qed jinki lil ħabib/rivali Sylvester Stallone hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li ġej joħroġ fis-swali taċ-ċinema film ieħor mis-sensiela Rambo.

Fuq Twitter, Schwarzenegger jidher ifaħħar lil Stallone għall-inizjattiva tiegħu li ffirma s-sikkina li tintuża fil-films ta’ Rambo u taha donazzjoni għall-karita’….

Iżda imbagħad kien pront ġibed saqajn ‘Sly’ Stallone meta ħareġ is-sikkina li kienet tintuża minn Schwarzenegger fil-film Predator. “Din hi kemmxejn ikbar”, qal bid-daħka l-protagonista ta’ films ta’ azzjoni bħal Terminator, Commando u Conan. Wara hu awgura kull suċċess lil Stallone hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-film “Rambo – Last Blood” fis-swali taċ-ċinema.