Kultura Lokali

Celine Dion għall-ewwel darba f’Malta

Celine Dion se tkun qed tkanta f’Malta għall-ewwel darba bħala parti mill-Courage World Tour tagħha.

Kunċert organizzat minn NnG Promotions, fis-27 ta’ Lulju, 2020 fuq il-Fosos tal-Furjana bħala parti minn tour li se tieħu lil Dion f’100 belt differenti madwar id-dinja.

Il-kantanta bla dubju tibqa’ wieħda mill-aktar artisti popolari fid-dinja ta’ kull żmien dan għal bosta raġunijiet fosthom il-premju fil-World Music Awards tal-2004 u l-Icon Award fil-Billboard Music Awards tal-2016.

Il-Courage World Tour ta’ Celine Dion beda fit-18 ta’ Settembru fil-Belt ta’ Québec, il-Kanada.

Il-biljetti għall-kunċert f’Malta se jibdew jinbiegħu għall-pubbliku fl-4 ta’ Ottubru fl-10am, esklussivament minn www.showshappening.com.