Ambjent Lokali

Ikompli l-massakru tas-siġar

Jitqaċċtu siġar maturi li kienu mal-perimetru tal-mitjar

Kważi lanqas titwemmen – numru ta’ siġar f’Ħal Farruġ tqaċċtu fl-aħħar sigħat sabiex ma jagħmlux dell fuq pannelli fotovoltajċi.

Net News hu infurmat li dawn il-pannelli jinsabu fil-perimetru tal-ajruport internazzjonali.

Li hu żgur hu li sa issa, biex ma jkunx hemm dell f’din iz-zona, diġa’ tajjru żewġ siġar maturi.

Il-pannelli jidhru fl-isfond tar-ritratt li qed jiġi ppubblikat hawn fuq.