Hekk kif il-Gvern ilbieraħ ħareġ stqarrija biex jipprova jagħti l-impressjoni li għaddejja diskussjoni kbira qabel il-Budget, jidher li issa l-kelma surplus sparrixiet mill-vokabolarju ta’ Kastilja. Dan hekk kif il-famuż surplus, fl-istqarrija tal-Gvern dwar il-laqgħa tal-MCESD, ma jissemma’ imkien.
Net News jista’ jiżvela wkoll li minn Kastilja saret manuvra pjanat sabiex għal-laqgħa tal-MCESD – kuntrarjament għal dak li jiġri issoltu – il-ġurnalisti ma ġewx mistiedna.
Huwa ċar li f’din il-laqgħa l-Gvern preżenta l-punti ewlenin tal-Budget 2020, inkluż kemm se tkun iż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Fl-istqarrija tiegħu, il-Gvern imkien ma jagħmel referenza għall-anzjani jew għall-pensjonijiet li mhux ilaħħqu. Injorata wkoll iż-żieda qawwija fi prezzijiet ta’ prodotti bażiċi, u anke ż-żieda fil-petrol u d-diesel.
F’dan l-ambitu, il-Kap tal-PN Adrian Delia ilu xhur jinsisti mal-Gvern biex jagħti kumpens li jkun xieraq, u li tassew il-ġid li tant jiftaħar bih il-Prim Ministru jasal għand kulħadd.
//= $special ?>