Internazzjonali

Imut l-eks President Franċiż Jacques Chirac

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-eks President Franċiż Jacques Chirac. Hu kellu 86 sena.

Chirac kien beda l-karriera politika tiegħu bħala Sindku ta’ Pariġi, u aktar tard serva ukoll bħala Prim Ministru. U dam President mill-1995 sal-2007.

Jacques Chirac jibqa’ mfakkar għall-pożizzjoni iebsa li ħa fiż-żmien l-invażjoni fl-Iraq, meta kien oppona b’qawwa l-azzjoni tal-Amerikani. Għalkemm imbgħad fl-aħħar snin ta’ ħajtu naqset ferm il-popolarita’ tiegħu, l-aktar meta ismu beda jidwi f’diversi skandlu ta’ korruzzjoni.

Jacques Chirac kien miżżewweġ u kellu żewġt itfal.