Il-preparamenti għaddejin ġmielhom… il-11-il edizzjoni ta’ Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Spettaklu li bħal kull sena oħra ser ikun wieħed li m’għandekx titlef bid-differenza li f’din l-edizzjoni għall-ewwel darba ser ikantaw żewġ artisti barranin.
Simon Meli, Malti Awstraljan u Marku Neugebouer minn Vienna… dan fost l-aqwa talent lokali, Amber u Ben Purple flimkien ma lista sħiħa ta’ ismijiet li issa huma sinonimi ma’ Rockestra.

Dan kollu għall-ħoss tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud flimkien ma Pawlu Borg Bonaci direttur artistiku.
Sspettaklu uniku fejn il-mużika rock tiltaqa’ ma’ waħda mill-iktar avvenimenti popolari tal-mużika f’Malta.
Waqt il-preparamenti, żar lill-protagonisti il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-sinjura tiegħu fejn awgura lil kulħadd l-aqwa suċċess għal dan l-għan nobbli.

Dan il-kunċert ser isir fl-MFCC f’Ta’ Qali, is-Sibt 28 ta’ Settembru… bibien jinfetħu fis-6:30PM u l-biljetti jistgħu jinkisbu minn mccf.store.
//= $special ?>