Lokali

Jakkużaw lit-tmexxija “inkompetenti”

"Is-sitwazzjoni għadha waħda kritika"

Ir-rewwixti fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni qed iqumu għax id-detenuti qed jindunaw li t-tmexxija taċ-Ċentru “hi inkompetenti, u m’hemm ebda dixxiplina.”

Skont sorsi li tkellmu ma’ Net News, jidher illi numru ta’ ħaddiema fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi ilhom ġimghat li ġibdu l-attenzjoni tat-tmexxija taċ-Ċentru li wħud mid-detenuti mhux qed iġibu ruħhom sew fil-konfront tagħhom. Iżda xorta ħadd ma’ ħa azzjoni.

Sa dalgħodu, il-Gvern baqa’ fil-muta dwar dan il-koas li inqala’ fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi. Anke l-Pulizija ma ħarġet l-ebda stqarrija.