Lokali

Posposta d-deċiżjoni dwar l-Università Ġordaniza

Bħalissa, quddiem il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qed tiġi diskussa l-estensjoni tal-Università tal-Gordanizi, l-AUM – estensjoni b’ aktar mid-doppju ta’ li hi bħalissa, kif ukoll il-pjan li jsir bini ta’ dormitorju għall-istudenti tal-università il-Kottonera.

Se jkun determinat jekk il-poplu tal-Kottonera huwx se jkompli jiġi fgat b’iktar bini u jinqerdu għal kollox żewġ spazji miftuħa li kienu ta’ żvog għan-nies tal-Isla u ‘l madwar.

Jekk din l-applikazzjoni tiġi approvata, jkun ifisser li dawn l-ispazji jkunu spiċċaw darba għal dejjem b’konsegwenzi kbar għan-nies tal-Kottonera u anke għall-wirt storiku ta’ pajjiżna.

11:15 – L-AUM qed tipproponi li jkollha tliet binjiet ġodda li hi sejħet Building A, B u C, kollha biswit xulxin.

Building A – Blokka għall-amministrazzjoni tal-Università, biswit il-bini tal-AUM diġa preżenti. (Bejn The British Building u The Knights Building.

Building B – Dan li bħalissa hu magħruf bħala The Knights Building, issir parti oħra mill-Università biex tospità lill-istudenti kif ukoll parkeġġ għall-istudenti u l-għalliema. Proġett li se jotol għal kollox l-ispazzju miftuħ li bħalissa jintuża bħala parkeġġ mir-residenti.

Building C – Dormitorju għall-istudenti tal-AUM. (8m aktar għoli minn Dock 1). Il-kelliema tal-AUM qed isejħu dan id-dormitorju bħala parti intergrali mal-proġett kollu fejn anke qed jipproponu 4 sulari parkeġġ għall-karozzi taħt l-art. Il-proġett se jkun ta’ erba’ sulari fuq l-art fejn l-AUM qed jipproponu li jagħmlu dan minflokk 5 sulari kif primarjament kellhom f’moħħhom. L-AUM qed tqabbel wieħed mill-proposti ta’ dan il-proġett mat-Torri ta’ Pisa fl-Italja, f’dak li għandu x’jaqsam l-istil… xi ħaġa li ma niżlet tajjeb xejn ma dawk preżenti fil-pubbliku appena raw projezzjoni ta’ dan.

11:30 – Għal dan il-proġett, Transport Malta u Enemalta, fost oħrajn ma’ oġġezjonawx filwaqt li l-ERA qalet li dan il-proġett ma jikwalifikax taħt spezjonijiet li huma jagħmlu. Il-Ministeru għat-Turiżmu m’oġġezjonax meta saret il-konsultazzjoni.

11:45 – Qed jiġu preżentati d-dettalji ta’ dan il-proġett massiċċ, mir-rapreżentanti tal-Università tal-Ġordaniżi lill-Bord tal-PA, fost tgergir kontinwu mill-pubbliku preżenti li l-maġġoranza tiegħu ġej mill-Kottonera jew min għaqdiet ambjentali.

12:20 – Ic-Chairman tal-Bord qed jieħu l-ismijiet ta’ dawk li jixtiequ jaqsmu l-ilmenti tagħhom dwar dan il-proġett qabel jittieħed vot. Aktar minn 20 persuna jixtiequ jitkellmu quddiem il-Bord fosthom residenti u rapreżentanti barranin tal-AUM.

12:30 – Din l-Art Ħelwa – “Dan il-proġett se jikkawża tnaqqis sostanzjali tal-local spaces.” “Proposta totalment inaċċettabli għaliex se jintilef wirt storiku kawża ta’ proposti eċċessivi.” Possibbli hemm bżonn daqsekk spazzju ta’ parkeġġ għal dawn l-istudenti.” “Qed ninsistu li l-iżvilupp ma jiġix aċċettat.” … kliem li inlaqa’ b’ħafna applawx mill-pubbliku preżenti.

12:35 – Ambjent Wieħed – “Mhux aċċettabbli. Din tmur kontra legal notices” “Green Travel Plan li mhux soluzzjoni.” Il-parkeġġ ser ikunu miftuħ għal dawk li se jkunu parti mill-AUM, jiġifieri mhux talli se tneħħi parkeġġ lir-residenti, talli min se juża’ se jkollu jħallas.’

12:38 – Dione Caruana – Resident – “Għandna bżonn nirrispetaw lill-Kottonera.. irridu nibzgħu għall-uniku spazzju miftuħ li fadal għar-resident.” Ejja l-ewwel nibżgħu għar-residenti.” “il-fortifikazzjoni ser tinħeba, dan ser jaffettwa wkoll it-turiżmu.”

12:43 – Resident – “Ma nkomplux nitħanżru fuq il-post.”

12:45 – Anthony Bonavia – Viċi Sindku Isla – “aħna qatt ma ħadna l-ebda vot.. dawn qatt ma tkellmu magħna u mhux vera li qalu.” “Il-Kunsill tal-Isla kollu kontra dan il-proġett.” “L-isla se tiġi qisek dieħel ġo drive-inn.” “L-Isla ħa tifgawna… nitlobkom tkomplux.”

12:50 – Resident ta’ nazzjonalita Taljana – “I’ve been in Malta for more than 2 year now and I fell in love.. why? Because of diversity, history and beauty. If you start putting modern building in places like these, this will be the first step and it will never end. This project to me means suicide.”

12:51 – Residenta li ilha toqod l-Isla aktar minn 40 sena – “In-naqra li għandi quddiemi se jiħoduli dak il-monstru ta’ bini”

12:53 – Roberta Cremona – “Nitlobkom tisimgħu lir-residenti, mijiet ta’ nies iffirmaw petizzjoni”

12:54 – Moviment Graffiti – “Tafu li dawn huma l-uniċi żewġ spazji miftuħa f’din iż-żona? .. u dan għaliex, l-anqas biss kellhom biżżejjed studenti biex jimlew il-korsijiet kollha s-sena li għaddiet.”

12:57 – Residenta – Fakkret liċ-Charmain tal-Bord tal-PA, f’Charter li kienu preżentawlu madwar tliet snin ilu li ma jħalliex proġetti bħal dawn isiru mingħajr konsultazzjoni. “Ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika… kif dan il-proġett m’għandux Environmental Impact Assesment (EIA).. kif jista’ jkun proġett ta’ dan il-footprint.. ma tistħux?”

13:00 – John Vella – Resident Bormla sa mit-twelid u eks Sindku Laburista tal-lokal – Tkellem kontra dan il-proġett u semma’ l-ispazzju miftuħ li hu popolari ħafna mar-residenti. “Nittama li dan il-bord jirisspetta l-wirt storiku għaliex inkella se jinħoloq preċident.”

13:04 – Jeorg Hall – “Where are the parking spaces going to come from?.. they don’t exist.. everything is being built on assumptions.”

13:07 – Steven Vella – Social Impact Assessor – “m’hemm l-ebda pjan strateġiku.. jekk dan hu masterplan, suppost għandu EIA.” ” qed nimxu lura bħal granċ.” “Suppost hemm strateġija pero dan f’Malta mhux isir.”

13:12– Lewis Walker – President AUM – “We believe that Malta has gained from this university. It’s not an easy task to build a university. We do not intend to be a victim, we are committed to this enterprise, now and in the future. This will provide a lot of benefit to the local community. It will provide education to future succeeding generations. We want to provide the best education for the children of today to become the leaders of tomorrow. I fear we are losing site of the realities too much focus on the short run and ignoring the future gain. We have had a struggle in delays in our development plans. We need more, more parking, more recreational spaces, more labs. The government chose this location because of historical value. The AUM will enhance the economy of Malta. Some present values will give way to future gain. We will do more.”

13:30 – Diskussjoni min-naħa tal-Bord.

13:32 – Iċ-Chairman tal-Bord – M’għandux oġġezzjoni għall-Building A pero ma jaqbilx ma’ Building B u Building C kif propost. “221 spazju ta’ parkeġġ għalfejn? .. meta tħares lejn l-ammont ta’ studenti li hemm preżenti” .. Id-deċiżjoni tal-lum hija dwar Blokk A u Blokk B.

13:43 – Marthese Portelli – MP tal-Partit Nazzjonalista u membru fil-Bord tal-PA – “Irridu nħarsu lejn il-Kottonera b’mod sħiħ, mhux biss, irridu nħarsu lejn Malta b’mod sħiħ. Jien xtaqt li nenfasizza fuq il-punt tal-ispazju miftuħ għaliex naħseb li qed inkunu żbaljati meta ngħidu li spazju miftuħ hu dak li tista’ timxi/tippassiġġa minnu. Diment li ssir kwalunkwe struttura fi spazju magħluq, dan ma jibqax spazju miftuħ. Din se tafettwa lill-pajjiż kollu.. kollox ma kollox x’ħin nara l-impatt li se jkollu fuq iż-żona u fuq Malta ma nistax naqbel ma dan il-proġett.”

13:49 – Sindku ta’ Bromla – “Il-Kunsill Lokali ltaqa’ kemm ildarba. Lura fi Frar u Marzu hekk kif rajna l-ewwel pjanti ta’ dan il-proġett, aħna ressaqna r-riservi tagħna. F’Lulju, aħna smajna ħafna lmenti mingħand ir-residenti tagħna u se nivvutaw skont kif tkellm magħna r-residenti. Ir-residenti ma jaqblux ma’ Building C u jixtiequ parkeġġ li jista’ jintuża mir-residenti stess.”

14:15 – L-AUM staqsew biex din l-applikazzjoni tiġi diferita b’xahar biex jaħdmu fuq tibdil fil-proposti tagħhom.

14:23 – Il-vott fuq l-applikazzjoni kif preżentata llum quddiem il-bord: il-maġġoranza tal-membri ma qablux fuq bosta raġunijiet li għandhom jiġu emendati ġaladarba l-applikanti jridu li dan il-proġett isir.

Din l-applikazzjoni se terġa’ tidher quddiem il-Bord tal-PA fix-xhur li ġejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej …

Building C jekk jiġi atpprovat
Building A u B jekk jiġi approvat