Issa li rranka sew il-ġenn tal-iskola u t-traffiku f’diversi partijiet tal-pajjiż huwa evidenti sa minn kmieni filgħodu, qed terġa’ toħroġ fid-deher problema oħra – dik tat-trasport pubbliku.
Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li biex jaqbdu tal-linja qed idumu jistennew, f’xi każi, anke siegħa.
Ritratt li kiseb dan is-sit juri s-sitwazzjoni tal-biki li ffaċċjaw diversi persuni li kienu qed jistennew fil-Blata l-Bajda biex jirkbu fuq ir-rotot direzzjoni lejn l-Imsida u Birkirkara. B’uħud jikkummentaw li kien hemm kważi “folla fuq l-istage”.
//= $special ?>