Lokali

FILMAT: Esebizzjoni ta’ scale models

L-Association of Model Engineers qed ittella’ l-wirja annwali tagħha, li din is-sena għandha esebizzjoni speċjali li tfakkar il-75 anniversarju tan-NATO, b’mudelli li varjaw minn ajruplani għal vetturi militari armati.

Dawk li jżuru l-wirja jistgħu jgawdu minn varjetà ta’ mudelli ta’ daqsijiet differenti u bi skali 1:600 sa mudell life size tal-ewwel evettura, magħrufa bħala quad cycle, li ħoloq Henry Ford.

Dan apparti diversi mudelli li juru xeni differenti, inklu il-pajsaġġ Malti jew żmien il-gwerra, kif ukoll vetturi, trakkijiet, bastimenti, ajruplani u anke magni.

Mudelli oħra huma magħmula mill-bċejjeċ tal-Lego, li mhux biss huma maħduma b’reqqa kbira imma saħansitra jagħmlu diversi movimenti. Uħud mis-sidien ta’ dawn il-mudelli saħansitra kkompetew barra minn pajjiżna u ħarġu bl-unuri.

Il-wirja qed isir fis-sala parrokkjali tan-Naxxar, fuq wara tal-knisja tal-lokalità u tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 29 ta’ Settembru.

Matul l-esebizzjoni qed jiġu aġġudikati wkoll uħud mill-mudelli li qed jiġu esebiti.