L-awtoritajiet f’Kabul u bliet oħra fl-aħħar sigħat kienu għaddejjin b’kampanja ta’ sigurtà intensiva qabel l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Afganistan li se ssir għada
Dan waqt li l-qawwiet tas-sigurtà fil-kapitali Afgana imponew lockdown parzjali fejn it-trakkijiet kienu projbiti milli jidħlu fiċ-ċentru tal-belt. Il-ħsieb ta’ dan hu biex ikunu evitati l-attakki suwiċida meta l-poplu qed iħejji biex jivvota fl-eżerċizzju kruċjali għall-futur ta’ pajjiżu.
Is-sigħat li jmiss, fil-fatt, għandhom jeżaminaw bil-kbir lill-qawwiet tas-sigurtà meta l-potenzjal ta’ vjolenza ġdida hu għoli ħafna.
Dan wara li l-militanti Iżlamiċi tat-Taliban diġà wettqu sensiela ta’ attakki suwiċida madwar l-Afganistan fejn fil-mira spiċċaw l-uffiċini għall-kampanji elettorali u n-nies li kienu qed jattendu għal rallies politiċi.
//= $special ?>