Marsa Masters rebħu t-tieni edizzjoni tat-Tazza Indipendenza tal-Masters organizzata minn Tim Sport PN. Fil-finali huma għelbu lil Balkan Masters 9-8 bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba sal-ħin regolamentari ntemmet 4-4.
Il-logħba li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium, kienet ikkontrollata minn Eucharist Portelli, bl-assistenza ta’ Andrea Pavia u Luca Formosa. Fi tmiem il-logħba, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Ryan Callus ippreżenta l-midalji u t-trofej lill-parteċipanti.
