Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn ‘scaffolding’

Arkivji

Raġel ta’ 41 sena qed isofri ġrieħi gravi meta għall-ħabta tas-6pm tal-bieraħ waqa’ minn għoli meta kien qiegħed jaħdem fi Triq San Albert fil-Gżira.

Minn investigazzjoni li għamlet il-pulizija rriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fil-Knisja meta għal xi raġuni għeleb bih l-iscaffolding li kien madwar żewġ sulari u nofs għoli.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura meħtieġa, hemm, il-vittma ġie ċċertifikat qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.