Lokali

AĠĠORNATA: Rebus għall-passiġġieri tal-Air Malta

Numru ta’ passiġġieri għadhom imwaħħlin fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li l-ajruplan li kienu se jużaw biex isiefru bih lejn Palermo ġarrab xi ħsarat. Iżda lil hinn minn dan, ir-rebus li ħolqot l-Air Malta huwa ferm agħar minn hekk.

Net News hu infurmat bħala soluzzjoni, il-linja nazzjonali tal-ajru offriet titjira lejn Katanja. Dan se jkun ta’ skariġġ kbir għall-Maltin li qed jistennew din it-titjira.

Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha meta għall-ewwel l-Air Malta offriet li tħallas għat-trasport minn Katanja lejn Palermo. Iżda wara qalulhom li mhux se jħallsuhom, u jridu joħorqu l-flus minn buthom.

Issa, uffiċjali tal-Air Malta spiċċaw qalulhom li hemm titjira għal Katanja fl-10pm…iżda se jitilgħu biss l-ewwel 50!

Net News se jkompli jaġġornakom dwar din is-sitwazzjoni fil-ħin li ġej.