Il-park tal-familja ta’ Marsaskala qed jitħalla fi stat ta’ abbandun u dan tort tal-inkompetenza tal-Ministru għall-Ambjent.
Il-PN permezz ta’ stqarrija mill-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Ambjent, Jason Azzopardi intqal li l-Oppożizzjoni ilha tiġbed l-attenzjoni dwar it-telqa u l-abbandun f’dan il-post li suppost għandu jkun adegwat u sigur għall-ħin liberu u d-divertiment għall-familji.
Fid-dawl li l-Ministru għall-Ambjent mhux qed jindirizza bis-serjetà l-istat ambjentali f’pajjiżna, ż-żieda fit-tniġġis fl-ajru u t-tqaċċit sfrenat tas-siġar, l-Oppożizzjoni tappella lill-Ministru għall-Ambjent José Herrera sabiex jindirizza minnufih l-abbandun li tħalla fih dan il-family park, li huwa l-ikbar wieħed f’pajjiżna, u li kien ġie inawgurat minn Gvern Nazzjonalista.
//= $special ?>