Mara ta’ 35 sena, li isimha ma jistax jissemma biex jiġu protetti t-tfal ġiet kundannata tliet snin ħabs mill-Maġistrat Audrey Demicoli wara li nstabet ħatja li pproduċiet pornografija ta’ wliedha.
Il-mara li mhijiex Maltija sarilha rapport lill-Pulizija mill-aġenzija Appoġġ fejn din kellha nformazzjoni minn skola fejn kienet taħdem il-ħatja. Dan kollu seħħ wara li hija kienet uriet lill-kollegi tagħha numru ta’ ritratti taż-żewġ uliedha li kienu bla ħwejjeġ ma’ żewġha.
Meta nterrogata mill-Pulizija hija qaltilhom li kienet ħadet ir-ritratti biex tużahom fi proċeduri ta’ separazzjoni li għandha mal-eks raġel tagħha fejn qalet li dan dejjem jirrifjuta li fir-residenza tagħhom jilbes il-ħwejjeġ.
Qalet li l-idea kienet biex tgħinu joħroġ minn din il-problema, u dan billi turi dawn ir-ritratti lil xi avukat li jkun jaf x’għandu jagħmel. Hija qalet ukoll lill-Pulizija li ma kinitx taf li jeżist l-Appoġġ, u dan minħabba li hija barranija.
Dwar ir-ritratti li juru t-tfal tagħha bla ħwejjeġ, hija qalet lill-Pulizija li dawn ittieħdu biex hi turihom lil tabib tat-tfal biex tiżguraha li wliedha jinsabu fiżikament b’saħħithom.
Hija qalet ukoll li r-ritratt ma ttieħdux għall-għanjijiet pornografiċi jew indiċenti. Madankollu fix-xhieda tiegħu t-tabib qal li hija wrietu album tar-ritratti ‘minħabba li kienet għaddejja minn proċeduri ta’ separazzjoni.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Demicoli għamlet referenza fil-liġi dwar il-korruzzjoni ta’ minorenni biex jiġi stabbilit dwar jekk il-mara għamlitx atti ndeċenti. It-teħid ta’ ritratt mhumiex korruzzjoni ta’ minorenni u l-azzjonijiet tagħha ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni.
Ir-ritratti tat-tfal jinħaslu bla ħwejjeġ u reqdin bla ħwejjeġ ma jaqgħux taħt pornografija, qalet il-Qorti. Madankollu, r-ritratti li juru t-tfal imissu l-partijiet ġenitali ta’ missierhom huma klassifikat bħal pornografija tat-tfal.
Il-Qorti fis-sentenza tagħha osservat li ħafna mir-ritratti ttieħdu ferm qabel ma kienu bdew il-proċeduri ta’ separazzjoni, anke qabel it-twelid tat-tieni wild.
Il-mara spjegat li riedet iżżomm ir-ritratti għal li jista’ jinqala’ fil-futur bil-Qorti tgħid li din ma kinitx raġuni leġittima li hija tiġi eżonorata talli ġibdet dawn ir-ritratti. Lanqas tista’ tiġi eżonorata li pprintjathom, ħadithom l-iskola u saħansitra qagħdet turihom lill-kollegi tagħha tax-xogħol, qalet il-Maġistrat fis-sentenza tagħha.
L-attentat biex tiġi skużata mill-azzjonijiet tagħha għax qalet li hija riedet il-parir tal-kollegi tagħha fuq is-separazzjoni mhux ġustifikati u kredibbli qalet il-Qorti.
Il-mara ma nstabitx ħatja li kkorrompiet lil uliedha, iżda ħatja li pproduċiet ritratti pornografiċi u ndeċenti. Fil-kunsiderazzjoni tagħha għal meta ġiet biex tagħti s-sentenza, l-Qorti qalet li kien innutat ukoll li l-mara bidlet l-indirizz tagħha meta kienet bil-libertà proviżorja, mingħajr lanqas biss infurmat lill-Pulizija.
Il-Qorti kkundannata tliet snin priġunerija u li b’mod permanenti ssospenditha minn kull attività professjonali li tinvolviha kuntatt dirett mat-tfal. Isimha ddaħħal ukoll fir-reġistru tas-‘sex offenders’.
//= $special ?>