Tul dan il-lejl nar żviluppa fil-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.
Il-pulizija kkonfermaw dan il-każ fejn qalulna li l-pulizija tal-Parlament indunaw bin-nar għall-ħabta tas-1.50 ta’ filgħodu meta beda jdoqq l-alarm f’każ ta’ nar. Skont sorsi mill-post qalu lil NetNews li kienet il-kamra tas-servers li ħadet in-nar.
Fuq il-post issejħu mill-aktar fis il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw minnufih is-sitwazzjoni.
Sorsi qalulna li l-kawża tan-nirien kienet minn batteriji tal-UPS li jissupplixxu d-dawl tal-emerġenza lill-binja tal-Parlament.
Dwar dan il-każ qed titmexxa inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Rachel Montebello.
Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ
//= $special ?>