Lokali

Awguri lil Joe Cassar u Marica Mizzi

Fir-ritratt tidher karikatura li ppubblika Joe Cassar stess fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook

Illum hi ġurnata speċjali għall-editur ta’ In-Nazzjon Joe Cassar u l-attriċi Marica Mizzi li llum se jkunu qed jingħaqdu fiż-żwieġ.

Il-kollega tagħna Joe Cassar ilu snin jaħdem fil-qasam tal-ġurnaliżmu, u serva f’diversi karigi fil-gazzetti tal-Partit Nazzjonalista In-Nazzjon u il-mument.

Minn naħa tagħha, Marica Mizzi hija isem popolari ferm fuq it-televiżjoni lokali u anke fid-dinja tal-palk, fejn tul is-snin anke produċiet programmi għal Net TV.

Mill-istaġun tal-Ħarifa se nkunu qed naraw lil Marica fis-serje l-ġdida Iż-Żagħka li se tintwera fuq Net TV kull nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm, fejn se tkun qed tinterpreta l-karattru tal-Assistent Kummissarju Vivienne Xerri.

Marica Mizzi hija wkoll magħrufa bħala Nancy fis-sensiela Ipokriti, u dan l-aħħar erġajna rajniha wkoll fir-ripetizzjoni tas-sensiela Kuġini.

F’isem Net News u l-kollegi fil-Kamra tal-Aħbarijiet nwasslu l-isbaħ awguri lil Joe u lil Marica.