Lokali

Għaxar snin minn meta Wied Għajn Żejtuna kien dikjarat zona protetta

Illum f’Wied Għajn Żejtuna, il-Mellieħa tfakkar l-10 anniversarju minn meta lura fl-2009 dan il-wied ġie skedat u ddikjarat zona protetta.

Waqt iċ-ċerimonja tal-lum tkellem il-President tal-Għaqda residenti St Maria Estate Sammy Vella fejn ġiet rikonoxxuta l-ħidma ta’ żewġ residenti li ħadmu qatiegħ fl-aħħar snin f’ dan il-wied protett. Dawn huma Bernard Blagg u Willem Houtzager li b’mod volontarju bħal residenti oħra żammew dan il-wied fl-aqwa kundizzjoni possibbli.

Għal din l-okkażjoni tħawlu numru ta’ siġar minn diversi nies fosthom mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar u mill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista Ivan Castillo, Gabriel Micallef u Emvin Bartolo