Matul il-lejl ħaddiema tal-Gvern dehru jneħħu u jarmu fjuri, xemgħat u r-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia minn fuq il-mafkar tal-ġurnalista li ġiet maqtula kważi sentejn ilu.
B’reazzjoni għal dan fi tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiteb li Gvern li jrażżan l-espressjoni ħielsa tas-soċjetà ċivili huwa Gvern li ma jimpurtahx mil-libertà tal-kelma u l-libertajiet bażiċi tas-soċjetà. Huwa saħaq li din mhix dwar fjuri, xemgħat jew monumenti. Dan huwa dwar is-soppressjoni tal-verità, il-ċaħda ta ‘ġustizzja u l-mewt tad-demokrazija.