Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 viċin Casa Arkati, fi triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.
Fl-inċident kienu involuti mutur tat-tip Hyosung Exiv misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħ’Attard u karozza Audi misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mill-Marsa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard sar magħruf li s-sewwieq qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Kawża ta’ dan l-inċident ingħaqlet it triq b’konsegwenza li nħoloq traffiku kbir fl-inħawi.

