Futbol Sport

Inter u Juve jirbħu

Inter u Juventus komplew għaddejjin fil-kampjonat Taljan wara li Inter għelbu lil Sampdoria 3-1 barra minn darhom u Juventus għelbu lil Spal 2-0 fil-Juventus Stadium. Inter kellhom lil Sanchez jiskorja u anke jitkeċċa.

Din kienet it-tieni darba fl-istorja li Inter rebħu l-ewwel sitt partiti nfila fil-kampjoant tas-Serie A. Minn naħa tagħhom din kienet il-ħames telfa għal Sampdoria.

Ir-rebħa Interista waslet minkejja li huma ħallew barra lil Romelu Lukaku, Diego Godin u Nicolò Barella u minflokhom lgħabu Alexis Sanchez, Alessandro Bastoni u Roberto Gagliardini. Minn naħa tagħhom Sampdoria kellhom nieqsa lil Manolo Gabbiadini u Gonzalo Maroni, iżda nroduċew lil Jakub Jankto, formazzjoni ta’ 3-4-2-1.Inter iddominaw il-pusses tal-ballu sa mill-bidu tal-logħba.

Xutt mill-bogħod ta’ Stefano Sensi ġie devjat għal ġewwa minn Alexis Sanchez li qarraq b’Emil Audero.  Ftit wara Alexis Sanchez skorja wara li għeleb in-nasba tal-offside għal ‘tap in’.

Sampdoria qatt ma kienu fil-logħba anke hekk qabel il-mistrieħ,  Quagliarella ra t-tentattiv tiegħu jaħbat ma’ difensur.  Id-debutt mill-bidu ta’ Alexis Sanchez, kien wieħed kulurit meta fil-bidu tat-tieni taqsima tkeċċa banalment. Lautaro Martinez salva ballun tajjeb minn fuq Audero, u kif  Alexis ipprova jieħu r-rebound, qabeż fuq  Chabot – u ġibdilu saqajh. Kien għalhekk li ħa t-tieni karta safa fuq simulazzjoni. Sampdoria mill-ewwel approfittaw għaliex fit wara naqqsu d-distakk b’ġgowl sabiħ ta’ Jakub Jankto  

Sampdoria daħlu fil-logħba, iżda nqabdu fit-tielet gowl meta Marcelo Brozovic  ta lejn Roberto Gagliardini li tefa’ ġewwa.

Minn naħa tagħhom Juventus ma tantx sabu diffikultà biex jieħdu t-tliet punti kontra Spal fejn il-gowlkiper Gianluigi daħal fl-sitorja tal-futbol Taljan. Miralem Pjanic u Cristiano Ronaldo skorjaw gowl kull taqsima u li kieku ma kienx għal gowlkiper ta’ Spal Etrit Berisha kieku l-iskor kien ikun wieħed akbar. .

Minn naħa tiegħu Buffon kien qed jilgħab id-903 logħbiet bħala plejer professjonali, li jinkludu wkoll staġun ma’ Paris Saint-Germain, hekk kif huwa qabeż ir-rekord ta’ logħob ta’ Paolo Maldini.  Jekk jilgħab sitt partiti oħra, Buffon jikser ir-rekord ta’ Maldini bħala l-aktar plejer li lgħab fis- Serie A.

Buffon kellu ġurnata kwieta bil-maqlub tal-oppost tiegħu li għamel diversi saves biex ħalla l-iskor baxx. Berisha ġab save mill-isbaħ biex ċaħħad lil Aaron Ramsey, li b’daqqa ta’ ras minn quddiem il-lasta ra lill-gowlkiper iwettaq miraklu fit- 43r minuta. Madankollu żewġ minuti wara Juventus żblukkaw ir-riżultat.

Berisha ma żammx kross ta’  Blaise Matuidi’s u Sami Khedira niżżel il-ballun lil  Pjanic, li t-tentattiv tiegħu ġie devjat għal ġewwa. Ronaldo ġie mċaħħad diversi drabi mill-gowlkiper iżda fis-78 minuta skorja hekk kif żmarka ruħu tajjeb wara kross tajjeb ta’ Paulo Dybala.

Dan kien it-tielet gowl ta’ Ronaldo f’ħames partiti li huwa lgħab fis-Serie A dan l-istaġun. Dan ir-riżultat għandu jgħin fil-kunfidenza tat-tim li nhar it-Tlieta jilgħabu f’darhom f’partita taċ-Champions League kontra Bayer Leverkusen.