Charles Leclerc ipproduċa wirja oħra spettakolari biex għar-raba darba nfila ħa l- ‘pole position’ din id-darba għall-Grand Prix tar-Russja. Is-sewwieq ta’ 21 sena fuq karozza Ferrari spiċċa quddiem iċ-Champions tad-Dinja Lewis Hamilton li rnexxielu jispiċċa quddiem sieħeb Leclerc’s tal-Ferrarti Sebastian Vettel. Hamilton spiċċa 0.402sekonda wara Leclerc.
Hamilton għeleb lil Vettel b’ 0.023sekonda filwaqt li s-sewwieq tar-Red Bull Max Verstappen spiċċa r-raba’ quddiem is-sewwieq tal-Mercedes’ Valtteri Bottas.
Verstappen ingħata penaliżazzjoni ta’ ħames postijiet u spiċċa fid-disa’ post hekk kif Carlos Sainz tal-McLaren spiċċa fis-sitt post. Hamilton kien kuntent ħafna li spiċċa t-tieni peress li l-Mercedes ma stennewx li jgħelbu lill-Feerai fuq dawra waħda. Dak li akkwista Hamitlon żgur kien marka ta’ kwalità ta’ vera Champion, li spiċċa 0.602sekonda aktar veloċi minn Bottas.
Madankollu l-stilla tat-trakka kien Leclerc, l-ewwel sewwieq li ħa eeba’ ‘pole positions’ infila minn meta Hamilton għamel l-istess lejn l-aħħar tal-2016, u l-ewwel sewwieq tal-Ferrari li laħaq dan it-tragward minn mindu Michael Schumacher wettaq dan is-suċċess fl-2001.
Leclerc qal: “Il-karozza kienet perfetta u qed inħossni kuntent ħafna li erġajt spiċċajt fil-‘pole’ iżda mhiniex konvint li din hija l-aħjar trakka biex tibda minn quddiem – id-dritta hija twila ħafna fil-bidu.
“Hija xi ħaġa speċjali, iżda ma rridx noqgħod naħseb fuqha għalissa. Irrd biss niffoka fuq it-tellieqa biss. It-triq hija twila għat-tellieqa propja iżda huwa bidu tajjeb. Konna kompetittivi u għandna karozza tajba”.
//= $special ?>