Għall-ewwel darba f’Malta matul il-ġurnata tas-Sibt ġie organizzat rally favur l-għażla fejn jidħol l-abort, fil-Ġnien ta’ Hastings fil-Belt Valletta.
Aktar minn 100 persuna ħadu sehem f’dan ir-rally flimkien mal-NGOs lokali li jagħmlu parti mill-koalizzjoni pro-choice, inklużi Voice for Choice, Doctors for Choice u l-Moviment Graffiti. Preżenti kien hemm ukoll xi attivisti barranin.
Dawk kollha li tkellmu ressqu t-talbiet bażiċi tar-rally, dak li finalment l-abort ikun dekriminalizzat u jkun hemm riforma fil-liġijiet riproduttivi.
Tabib minn Doctors for Choice li tkellem waqt dan ir-ralla saħaq li l-abort mhux ħaġa pożittiva, iżda huwa meħtieġ. Nies preżenti qasmu l-istejjer personali tagħhom dwar l-abort filwaqt li r-rally sar f’atmosfera kalma u ta’ paċi fl-isfond tal-mużika.
U b’kontro protest għal dan ir-rally, ġie organizzat rally ieħor fil-Pjazza tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta din id-darba favur il-ħajja.
Interssanti l-fatt li n-numru ta’ nies preżenti f’dan ir-rally kien inqas mir-rally organizzat favur l-għażla fejn jidħol l-abort. Ħaġa sorprendenti meta wieħed jikkunsidra l-opinjoni pubblika dwar l-abort f’pajjiż Kattolika.
Ir-rally kien ikkaratterizzat minn diskorsi favur il-ħajja u diversi talb, fejn attivist partikolari saħaq li huma qed jiġġieldu għat-tarbija fil-ġuf u dawk li huma siekta.
//= $special ?>