Il-Ġimgħa filgħaxija l-fortuna daħqet lil xi ħadd li lgħab il-lotterija Superstar billi qata’ l-ħames numru kif ukoll in-numru Superstar. Il-persuna rebħet il-jackpot ta’ miljun sitt mija u 20 elf ewro bin-numri 28-14-23-8-30 bin-numru Superstar ikun 6.
Il-biljett inxtata minn banka tal-lottu fis-Swieqi u kien l-ewwel darba li xi ħadd rebaħ il-jackpot f’logħba li bdiet sena ilu. Fil-fatt kien il-5 ta’ Ottubru li bdiet l-aħħar logħba li ntroduċiet il-kumpanija Maltco Lotteries bis-somma inizzjali tibda minn 150,000 ewro.
Is-Superstar tintlagħab b’ħames numru mill-1 sal-35 kif ukoll irid jintagħżel numru li jissejjeħ Superstar bejn il-1 u s-7. Bħal ma jiġri dejjem meta l-premju jkun wieħed kbir ħafna huma dawk li jittantaw xortihom u din id-darba messet lil persuna waħda.
Fil-fatt, matul il-ġimgħa l-banek tal-lottu kellhom iżjed klijenti mis-soltu, klijent dieħel u ieħor ħiereġ, kulħadd jixtri l-biljetti. Kien hemm anke dawk li ma jilagħbux regolarment li marru jittantaw xortihom bit-tama li jsiru sinjuri mil-lejl għan-nar.
//= $special ?>