L-ALPA wieġbet fil-Qorti lill-Air Malta u ddikjarat li hi qatt ma ħadet l-azzjoni ta’ strajk minħabba l-kwistjoni marbuta mas-somma tal-Irtirar tal-Piloti u sostniet li din kienet fabbrikazzjoni u bħala skuża għal motivazzjonijiet oħra mill-amministrazzjoni tal-kumpanija sabiex teskala l-konfrontazzjoni bejn il-partijiet, kif ukoll biex teżerċita pressjoni u influwenza fuq l-Assoċjazzjoni matul perjodu partikolarment sensittiv.
Għaldaqstant, l-Assoċjazzjoni tixtieq tiċċara li qatt m’għamlet dawn it-talbiet uffiċjalment.
L-Assoċjazzjoni tixtieq ukoll tiċċara li, sal-lum, ma ġietx ikkonsultata b’rabta ma’ xi żvilupp propost jew antiċipat fix-xena tal-avjazzjoni lokali.
//= $special ?>