Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Mara li kienet passiġġiera f’vettura sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku matul il-lejl li għadda. Stqarrija tal-pulizija tgħid li l-inċident seħħ fi Triq il-Kosta għall-ħabta tas-1.45 a.m. meta raġel ta’ 23 sena residenti Ta’ Xbiex, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Suzuki Swift u spiċċa fil-crash barriers.

Flimkien mar-raġel kien hemm mara ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar. Tim mediku issejjaħ fuq il-post u ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Is-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija qed tistħarreġ il-każ