Lokali Turiżmu

Solidarjetà mal-istakeholders kollha milquta mill-falliment ta’ operatur turistiku kbir

Fi stqarrija maħruġa mill-Viċi Kap u Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo, il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà mal-istakeholders tal-lukandi u t-turiżmu li, għal darb’oħra, qed ibatu mill-falliment ta’ operatur turistiku kbir. Dan kien biss l-aħħar każ.

Is-solidarjetà ma tikkaġuna l-ebda ħsara. Il-Partit Nazzjonalista jipproponi li fuq evidenza ddokumentata, il-VAT u t-taxxa ECO jew kreditu ta’ taxxa, f’forma jew oħra, għandha tingħata biex tgħin f’din is-sitwazzjoni.

Is-settur turistiku jibqa’ prijorità għall-Partit Nazzjonalista kif muri fil-proposti għas-sena 2020 u lil hinn.