Christian Coleman ħalla l-kontroversja ta’ qabel il-Kampjonati tad-Dinja warajh hekk kif rebaħ il-100 metru f’Doha f’ħin ta’ 9.76 ta’ sekonda. L-Amerikan li evita sospensjoni wara li falla tliet testijiet tad-doping, għeleb l-isfida tal-veteran Justin Gatlin u Andre de Grasse.
Tajay Gayle sar l-ewwel Ġamajkan li rebaħ titlu mondjali f’avveniment mhux tal-ġiri. Hu spiċċa l-ewwel fil-long jump b’qabża ta’ 8.69 metri, biex kiseb l-aħjar riżultat personali.
Sifan Hassan għamlet l-aħħar dawra mill-aqwa biex rebħet it-tellieqa tal-10,000 metru tan-nisa. Hassan li kkompetiet f’isem l-Olanda, ħadet sehem f’din il-kategorija għall-ewwel darba f’Mejju li għadda u temmet fi 30 minuta, 17-il sekonda punt sitta tlieta u kisbet l-ewwel titlu tal-karriera.
DeAnna Price rebħet il-hammer throw tan-nisa u saret l-ewwel atleta li rebħet it-titlu f’din is-sezzjoni. Price kisbet l-aħjar riżultat ta’ 77.54 metri mat-tielet attentat. B’hekk hi żammet mal-aspettattiva wara li kienet kisbet l-aħjar riżultat tal-istaġun sa dak iż-żmien. Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika jintemmu l-Ħadd 6 ta’ Ottubru.
//= $special ?>