181 immigrant żbarkaw f’Lampedusa f’lejl twil u impenjattiv għall-awtoritajiet Taljani.
Rapporti fil-media Taljana qed jindikaw li f’lejl wieħed biss waslu Lampedusa 7 dgħajjes tal-injam, li daħlu weħidhom fit-territorju Taljan.
Aħbarijiet xejn sbieħ jirrigwardjaw dgħajsa oħra li ilha 3 ijiem nieqsa, u ma tistax tiġi lokalizzata. L-immigranti li żbarkaw fl-aħħar sigħat qed jgħidu li fuq din id-dgħajsa kien hemm 56 ruħ.
L-armata Taljana u l-Guardia Costiera ilhom sigħat twal għaddejin b’dawn is-salvataġġi, l-aktar minħabba li t-temp sabiħ ta’ tmiem il-ġimgħa kien fattur favorevoli għall-vjaġġi klandestini.
//= $special ?>