Perjodu iebes ferm għall-poplu Malti, li akkost l-attakki kontinwi mill-għadu, sab mezzi biex ikun jista’ jistkenn mill-bombi qerrieda.
Il-Ħadd kien jum ta’ opportunità għal kulħadd biex idur u jara x-xelters taħt l-art fil-Belt, attività li ttellgħet minn Heritage Malta.
Fil-post, NET News ra kif kienu jqattgħu l-ħin tagħhom il-Maltin meta kienu jinżlu fix-xelter fit-Tieni Gwerra Dinjija
Inżilna l-ewwel minn fejn il-Kon-Katidral u tlajna lura minn quddiem il-Qorti. Fi triqitna, rajna graffiti mal-ħajt, fejn anke ntlemaħ wiċċ Adolf Hitlef u anke l-Union Jack.
Rajna wkoll kitbiet mal-ħajt tal-ħruġ u ta’ ismijiet tat-toroq fejn se toħroġ jekk tasal li tgħaddi minn dik it-triq taħt l-art.
Stajna wkoll ninutaw id-distinzjoni bejn dawk li kienu sinjuri u dawk le. Bi kmamar taħt l-art bil-madum li juru li din il-kamra kienet tintuża’ minn dak li dak iż-żmien kien jissejjaħ “tat-tajjeb”.
Għalaqna l-mawra billi urewna wkoll iċ-ċisterni, ġibjun kbir, fejn permezz tagħhom kien jinżamm l-ilma, u f’attakki twal, in-nuqqas ta’ ilma ma kienx ikun daqstant ta’ problema kbira, għalkemm ilkoll konxji li x-xelters tal-Belt kienu jkunu miżgħuda sa ruħ ommhom bl-ammont ta’ nies li kienu jinżlu taħt l-art għall-kenn mill-għadu.
//= $special ?>