Edukazzjoni Lokali

Il-Gvern għandu jfassal pjan biex jiġġieled it-telqa li hemm fil-faċilitajiet edukattivi

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jaċċetta l-istedina tal-Malta Union of Teachers biex iwettaq awditjar tal-faċilitajiet edukattivi f’Malta u Għawdex sabiex jiġi fformolat pjan serju ta’ żamma u manutenzjoni tal-iskejjel. Sfortunatment, dan in-nuqqas ta’ pjan qed iħalli ħafna skejjel fi stat ta’ telqa.

Permezz tal-Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, u Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli, l-Oppożizzjoni qed tinsisti lill-Gvern biex jieqaf iwaħħal fl-għalliema u l-ġenituri għan-nuqqasijiet kbar li qed jirriżultaw kull sena fis-sistema edukattiva kif ġara riċentement fil-każ tal-iskola ta’ Santa Venera.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni minflok għandu jieħu l-pariri tal-Unions u tal-professjonisti li qed jgħidulu ċar li l-prioritajiet fl-edukazzjoni m’humiex f’posthom.