Vagun ta’ rollercoaster tqaċċat mill-bażi tiegħu b’konsegwenzi traġiċi, fost ir-rapporti li l-inċident sewa l-ħajja ta’ mill-anqas żewġ persuni.
Kien hemm ukoll numru ta’ midruba fl-inċident li seħħ fl-amusement park ta’ La Feria Chapultepec, bix-xhieda fuq il-post jirrakkuntaw li ‘il-vittmi waqgħu mill-aħħar vagun’ u li huma, qabel, ma kienu raw ‘xejn straordinarju’ fid-dawwra tar-rollercoaster.
Il-park popolari ngħalaq wara l-inċident, bl-awtoritajiet jibdew minnufih investigazzjoni biex jaraw x’wassal biex il-vagun jinqala’ b’dak il-mod.
Kelliema mal-organizzazzjoni għall-protezzjoni ċivili qalu li ‘il-każ diġà kien qed ikun analizzat mill-prosekuturi’. Dan meta l-investigazzjoni għandha tikkonċentra fuq ‘dak li seħħ’ kif ukoll fuq ‘min għandu jinżamm responsabbli’ f’dan il-każ.
//= $special ?>