Il-karavan ta’ Joseph Ebejer, ta’ 63 sena minn Ħal Kirkop u li lbieraħ tressaq il-Qorti akkużat li abbuża sesswalment minn erbat ibniet taħt l-età, safa fil-mira ta’ vandaliżmu fl-Armier. Abbord il-vettura nkiteb kliem relatat mal-akkużi li Ebejer qed jiffaċċja fil-Qorti.
Iffaċċjat bl-akkużi, ir-raġel inżamm arrestat. Fil-Qorti, il-Maġistrat Astrid May Grima ordnat divjet biss fuq l-ismijiet tal-minuri, iżda mhux tal-akkużat. Fil-preżenza tal-ġenituri ta’ tnejn mill-vittmi, Ebejer wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
//= $special ?>