Lokali Saħħa

Jitwieldu ‘l fuq 35,000 tarbija f’disa snin – xhieda li ħajjet l-omm mhux f’periklu

F'dawn id-disa' snin l-ebda omm ma titlef ħajjitha waqt it-tqala, waqt li tiled, jew waqt il-ħlas

Tobba jippublikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala

Fl-aħħar 9 snin f’pajjiżna twieldu ‘l fuq minn 35,000 tarbija bl-ebda omm ma titlef ħajjitha la waqt it-tqala, la waqt li tiled jew la waqt il-ħlas.

L-illegalità tal-abort f’Malta ma jipperikolax is-saħħa tan-nisa

Dan ħareġ minn stqarrija li ħarġu numru ta’ tobba li jagħmlu parti mid-Doctors for Life, fejn permezz tagħha intqal ukoll li l-illegalità tal-abort f’Malta ma jipperikolax is-saħħa tan-nisa anki f’ċirkustanzi fejn ikun hemm bżonn intervent mediku anki waqt it-tqala.

Fl-istqarrija it-tobba wkoll għamlu sostenn dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala.

Huma qalu li għalkemm dan ir-riżultat pożittiv jeżistu, sitwazzjonijiet kumplessi u li għalhekk iqanqlu problemi mediċi u etiċi jridu jiġu ċċarati b’mod ċar u sensittiv. Għalhekk, fix-xhur li ġejjin il-grupp Doctors for Life se jkun qed jippublika numru ta’ position papers ibbażati fuq evidenza xjentifika, bl-għan li joffru stampa iktar ċara ta’ dawn is-sitwazzjonijiet.

L-ewwel position paper li qed tiġi ippublikata titratta l-każ traġiku ta’ Savita Halappanavar fir-Repubblika tal-Irlanda. Din tiddiskuti għalhekk il-problema ta’ infezzjonijiet serji li jseħħu f’nofs it-tqala u li b’hekk ipoġġu f’periklu ħajjet l-omm u dik tat-tarbija fil-ġuf.

Fl-istess position paper intqal li mir-riċerka u analiżi li twettqet b’dak li jiġri Malta huwa ċar li n-nisa tqal li għandhom bżonn intervent mediku f’pajjiżna biex isalvaw ħajjithom mhux se jiġu mċaħħda mill-kura medika meħtieġa li għandhom bżonn.

It-tobba tabilħaqq, sostnew li l-illegalità tal-abort f’Malta ma jipperikolax is-saħħa tan-nisa lanqas f’ċirkustanzi bħal dawn.

Il-grupp Doctors for Life jittama li permezz ta’ dawn id-dokumenti juri b’mod ċar li wieħed jista’ jieħu ħsieb ħajjet l-omm u dik tat-tarbija, mingħajr ma titpoġġa f’periklu l-omm.

Ikkummenta