Lokali

Kważi 250 sewwieq ipparteċipaw fid-Distinguished Gentleman’s Ride

Jinġabru aktar minn €13,000

Kważi 250 sewwieq tal-mutur ipparteċipaw fir-raba’ edizzjoni tad-Distinguished Gentleman’s Ride hekk kif aktar minn €13,000 inġabru b’risq ir-riċerka dwar il-kanċer tal-prostata u s-saħħa mentali tal-irġiel. Kundizzjoni li taffetwa l-aktar lill-irġiel hekk kif 3 minn kull 4 suwiċidji fid-dinja jitwettqu mill-irġiel.

Din l-attività f’Malta saret bi vjaġġ mis-Siġġiewi sal-Qawra.

Id-Distinguished Gentleman’s Ride twaqqfet f’Sydney, l-Awstralja minn Mark Hawwa. Permezz tagħha d-dilettanti tal-muturi jingħaqdu flimkien biex jgħinu biex jinġabru fondi għar-riċerka.

Din l-attività saret f’madwar 700 Belt, f’110 pajjiżi madwar dinja. Fiha pparteċipaw madwar 130,000 sewwieq ta’ muturi klassiċi, bi stil klassiku u vintage.

Għalkemm l-attività nistgħu ngħidu li ġiet fi tmiemha wieħed xorta għadu fiċ-ċans li jagħti donazzjoni għal dan l-għan billi jidħol fuq is-sit: gentlemansride.com.

Tags