Leicester telgħu fit-tielet post tal-Premier League Ingliż wara li ġabu fix-xejn lil Newcasle b’rebħa ta’ 5-0 fil-King Power Stadium. Għal Newcastle, din kienet telfa oħra li biha baqgħu fil-post ta’ qabel tal-aħħar. Ricardo Pereira fetaħ l-iskor wara 16-il minuta b’xutt għar-rokna. Newcastle kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas meta tkeċċa Isaac Hayden fit-43 minuta.
Leicester ħadu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni u Jamie Vardy irdoppja fl-54 minuta, biex tliet minuti wara awto-gowl ta’ Paul Dummett għamel l-iskor 3-0. Il-festa ta’ Leicester kompliet fl-64 minuta bit-tieni gowl personali ta’ Jamie Vardy biex Wilfred Ndidi ssiġilla r-rebħa bil-ħames gowl fl-aħħar minuti.
//= $special ?>