Żewġ persuni sofrew xi feriti wara li kienu nvoluti f’żewġ inċidenti tat-traffiku separati li seħħew ftit minuti u ftit metri ‘l bogħod minn xulxin, fiż-żona ta’ Kennedy Grove.
Fl-ewwel inċident, li seħħ għall-ħabta tal-10.05am, żagħżugħ ta’ 26 sena minn San Ġiljan weġġa’ wara li l-mutur Kawasaki li kien qed isuq intlaqat minn karozza tat-tip Skoda, misjuqa minn mara Awstraljana ta’ 31 sena.
Fit-tieni inċident, li seħħ għal-ħabta tal-10.30am, raġel ta’ 32 sena minn Santa Venera weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isuq ir-rota fid-direzzjoni tal-Mosta. Il-karozza, tat-tip Renault, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 56 sena min-Naxxar.
Fil-post waslu timijiet mediċi b’Ambulanzi, li taw l-ewwel għajnuna lill-feruti, qabel ma ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.
Barra minhekk, Pulizija raw li jikkontrollaw it-traffiku, anke minħabba li l-inċidenti seħħew fil-viċinanzi ta’ xulxin. Dan hekk kif aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>