Ħamiemu li nqabad fil-magna ta’ ajruplan tal-Air Malta waqt li l-ġimgħa li għaddiet kien se jtir inn Palermo kkawża ħsara konsiderevoli tant li l-kumpanija għażlet li taqbad u tbiddel il-magna.
Kif jixhdu l-filmati, l-għasfur għawweġ u qaċċat uħud mix-xfafar fuq barra tal-magna, bil-konsegwenza li biċċiet miksura komplew ikissru iktar xfafar. Saret ukoll ħsara fil-magna u f’partijiet tal-ajruplan.
Net News tkellem maċ-Chief Engineer tal-Air Malta, Stefan Grech.
L-inġiniera tal-lijna nazzjonali għaddejjin b’ħidma delikata wkoll fuq ajruplan ieħor, li din id-darba kien wieqaf fl-ajruport ta’ Gatwick. Dan intlaqat minn jetty bridge, bil-konsegwenza li ġiet ikkawżata ħsara qrib il-kabina tal-piloti.
Il-waqfien mill-operat ta’ żewġ ajruplani tal-Air Malta f’daqqa kkawżat rebus għall-passiġġieri tal-linja nazzjonali, hekk kif numru ta’ persuni spiċċaw imwaħħla fl-Ajruport Internazzjonali tal-Air Malta.Fil-każ tal-inċident fl-Italja, uħud mill-passiġġieri ġew offruti titjira minn Katanja iżda kellhom iħallsu huma għat-trasport. Oħrajn kellhom jaraw kif se jiġu lejn Malta.
//= $special ?>
