Shelly-Ann Fraser-Pryce kompliet tikkonferma isimha bħala waħda mill-aqwa atleti nisa meta rnexxielha tirbaħ il-finali tal-100 metru fil-Kampjonati tad-Dinja f’Doha. Il-Ġamajkana li għandha 32 sena, waqqfet l-arloġġ f’10.71 sekondi biex kisbet ir-raba’ titlu dinji f’din id-dixxiplina u t-tmien wieħed b’mod komplessiv.
Din ir-rebħa waslet sentejn wara li Fraser-Pryce welldet lit-tifel tagħha Zyon. Hi qalet li s-sigriet tagħha hi li tibqa’ umli u tkompli taħdem. L-atleta kompliet li hi emozzjoni sabiħa li jkollha lit-tifel tagħha li kien preżenti għat-tellieqa.
Fraser-Pryce kellha karriera mill-aqwa. Hi rebħet l-ewwel żewġ midalji tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2008. Il-prestazzjoni tagħha f’Doha kienet xhieda tal-kwalità tagħha hekk kif il-ħin kien 0.01 bogħod mill-aħjar riżultat personali miksub fl-2012.
//= $special ?>