Id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem, magħrufa aħjar bħala Casa San Giuseppe, ilha għal dan l-aħħar 6 baġits tiġi mwegħda.
Iżda ritratti mibgħuta lil Net News illum juru kif din għadha ġebel u saqaf.
L-ewwel darba li ONE News irrapporta li nbeda x-xogħol fuq din id-dar kien lura fid-29 ta’ Mejju 2016 u dan segwa b’numru ta’ servizzi matul is-sentejn ta’ wara.
Il-Ministru preċedenti għal Għawdex, Anton Refalo fil-11 ta’ Lulju 2016 kien qal li l-proġett se jitlesta fi żmien sena.
Seba’ xhur wara, ONE News qal li x-xogħol għaddej b’ritmu mgħaġġel, skont l-eks Ministru stess, il-proġett tal-kostruzzjoni kien wasal fl-aħħar.
Xahrejn wara fi-17 t’April, ONE News ħabbar li kien baqa ftit ġimgħat biex titlesta l-fażi tal-bini.
Iżda fl-elezzjoni Anton Refalo baqa’ l-art. Floku laħqet Justyne Caruana li kompliet bil-wegħdiet fiergħa dwar din id-dar tant li One, fit-3 ta’ Marzu 2018 iddikjaraw li l-proġett kellu jitlesta sa Ġunju 2018.
Fid-dawl ta’ dan id-daħk fil-wiċċ ta’ Gvern Laburista mal-anzjani Għawdxin u l-familji tagħhom, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said,jemmen li dan il-proġett se jerġa’ jissemma’ fil-baġit.
//= $special ?>
