Sport Sport Ieħor

Ikunu magħrufa s-semifinalisti tat-Tazza tal-President

Rapport: Kenneth Vella

L-44 laqgħa tal-istaġun, fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u li saret ilbieraħ fil-Marsa, tat il-bidu għall-kampjonat tat-Tazza tal-President għall-aqwa żwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ ħames heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom għoxrin żiemel għaddew ghas-semifinali. 

Fl-ewwel heat, il-kwotat Visconti (Jesmar Gafà) ċeda meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan inqabeż mid-debuttant Franċiż Vakato ta’ Chris Grech li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna, b’żewġ żwiemel oħra li ġejjin mill-istalel ta’ Visconti, u proprjetà ta’ Andrè Farrugia, Vichenko Chef (Noel Baldacchino) u Un Amor Du Pont (Andrew Farrugia) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Taqtigħa eċċitanti fid-dritta finali tat-tieni heat Premier bejn Ultra De Vindecy (Michael Ellul), id-debuttant Taljan Ulisse d’Asolo (Mark Bonnici), u French Laundry (Charles Camilleri) wassal lil tal-ewwel biex itemm rebbieħ b’nofs tul. Until Oaks (Owen Borg) għadda wkoll għall-fazi li jmiss wara li temm fir-raba’ pożizzjoni.

Fit-tielet heat Premier, Up And Go (George Attard) kien il-ħin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Ulysse Du Bouchet (Paul Galea). Alain d’Occagnes (Ludvic Ghigo) u l-ġdid Żvediż Picasso Tilly (Noel Baldacchino) kellhom ukoll pjazzament pożittiv. Ta’ min wieħed jinnota li aktar kmieni dan l-istaġun, iż-żiemel ta’ Attard kien rebaħ il-finali tat-Tazza l-Kbira.  

Attakk fuq in-naħa ta’ barra u mibdi 300 metru mil-linja finali tar-raba’ heat wassal lin-Norveġiż Stormbringer G.R. (Rodney Gatt) biex jakkwista t-tieni rebħa konsekuttiva. Dan minn Axel Tilly (Charles Camilleri), il-ġdid Żvediż Udo’s Oiler (David Attard) u Waikiki Man (Jason Vassallo).

Fil-ħames u l-aħħar heat, Jean Paul Polidano poġġa lil Urgos Du Cedre quddiem dawra mit-tmiem biex irnexxielu jtemm l-ewwel wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Mind Your Face (Clint Vassallo). Global Oracle (Noel Baldacchino) u Touch Green (Joe Farrugia) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għaddew għas-semifinali.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Capello Vici (K. Saliba) Ħin – 3.27.4” (1.18.6”) 2. Upfen (S. Cachia) 3. Alsace In (D. Ellul) 4. Baron d’Attaque (P. Galea)

II Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Bering Du Quesne (C. Vassallo) Ħin – 3.25.8” (1.18”) 2. Likearollingstone (R. Gatt) 3. Cameleon (D. Cortis) 4. Vasco d’Agamis (J. Bonello)

III Tiġrija Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Vakato (Ch. Grech) Ħin – NTR 2. Visconti (J. Gafa’) 3. Vichenko Chef (N. Baldacchino) 4. Un Amour Du Pont (A. Farrugia)

IV Tiġrija Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Ultra De Vindecy (M. Ellul) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Ulisse d’Asolo (M. Bonnici) 3. French Laundry (C. Camilleri) 4. Until Oaks (O. Borg)

V Tiġrija Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Up And Go (G. Attard) Ħin – 2.40.9” (1.15.2”) 2. Ulysse Du Bouchet (P. Galea) 3. Alain d’Occagnes (L. Ghigo) 4. Picasso Tilly (N. Baldacchino)

VI Tiġrija Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Stormbringer G.R. (R. Gatt) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Axel Tilly (C. Camilleri) 3. Udo’s Oiler (D. Attard) 4. Waikiki Man (J. Vassallo)

VII Tiġrija Heat Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1.  Urgos Du Cedre (J.P. Polidano) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Mind Your Face (C. Vassallo) 3. Global Oracle (N. Baldacchino) 4. Touch Green (J. Farrugia)

VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) Ħin – 3.24” (1.17.3”) 2. Tlemcen (K. Saliba) 3. Valencio Du Maza (C. Camilleri) 4. Valawi (R. Magro)