Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Sebastian Kurz

Il-Partit Nazzjonalista jieħu l-opportunità sabiex jifraħ lil Sebastian Kurz li lbieraħ rreġistra żieda qawwija fl-elezzjonijiet ġenerali fl-Awstrija. Dan huwa vot importanti favur l-Unjoni Ewropea.  

“Nirreġistraw għalhekk li l-partit Osterreichishe Volkspartei reġa’ huwa dak li kiseb l-ikbar voti. Partit li serva lill-poplu tiegħu u biddel pajjiż ekonomikament u soċjalment,” jiddikjara l-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Mifsud Bonnici u s-Segretarja Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight.  

Il-Partit Nazzjonalista awgura l-ħidma t-tajba f’dan il-mument importanti fil-ħajja Ewropea.