Il-programm popolari Life&Style se jagħti bidu għall-iskeda l-ġdida ta’ Net Television, hekk kif illum naraw il-bidu tal-programmi għall-perijodu tax-Xitwa.
L-appuntament ma’ Marbeck Spiteri u Charles Saliba jibda mill-ħin tal-12.10pm u se jkomplu jżommu l-irkejjen popolari tal-istaġun li għadda.
Family Affair huwa programm ġdid li se jitwassal mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-3.30pm bi preżentazzjoni ta’ Eileen Montesin u Christine Haber. L-għan tal-programm hu li jwassal divertiment lill-udjenza permezz ta’ logħob, kompetizzjonijiet, żfin, kant u mużika. Se jkun hemm rkejjen relatati mal-mużika Taljana, l-isports, iz-Zumba u anki dwar il-Eurovision Song Contest. Dan apparti rokna partikolari li se teħodna lura fl-imgħoddi u li se tqanqan bla dubju ħafna nostalġija.
Ġdida fjamanta hi d-drama Iż-Żagħka kull nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm filwaqt li l-Ħamis se tkunu tistgħu ssegwu t-tieni u l-aħħar staġun ta’ Fattigi.
Mit-Tnejn sal-Ħamis fit-8.20pm Louise Tedesco twassal il-programm Fid-Dettall li jidħol fil-fond ta’ stejjer li jkunu qed iseħħu madwarna. Il-programm ikollu ripetizzjoni l-għada fil-5.35pm.
Għar-raba’ sena konsekuttiva jkompli l-programm Net Live ma’ Robert Cremona u Amy Borg b’diskussjoni fuq dak li jkun għaddej fl-aħbarijiet.
Net News ukoll se jkompli jissaħħaħ bi grafika ġdida u kontenut aktar frisk. Dan apparti l-fatt li mil-lejla jkunu qed jiżżanżnu l-istudios il-ġodda ta’ Net TV.
//= $special ?>