Il-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) ressqet mandat ta’ inibizzjoni li jitlob il-Qorti biex twaqqaf lill-Gvern milli jinnegozja ftehim settorjali mal-UĦM, Voice of the Workers, għan-nom tal-fiżjoterapisti.
Fi stqarrija, l-MUMN irreferiet għad-deċiżjoni tal-Gvern li l-fiżjoterapisti jkunu rappreżentati mill-UĦM flimkien ma’ professjonijiet tas-saħħa oħrajn. Il-union qalet li dan hu inaċċettabbli għaliex l-MUMN għandha l-appoġġ ta’ 60% tal-fiżjoterapisti impjegati mas-servizz pubbliku.
L-MUMN issostni li d-deċiżjoni tal-Gvern tmur kontra d-dritt ta’ assoċjazzjoni kif imfisser fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u konvenzjonijiet tal-ILA. L-MUMN qalet li mhux se taċċetta li fiżjoterapisti membri tagħha ma jkunux rappreżentati mill-union tal-għażla tagħhom.
Il-union fakkret li tliet snin ilu, il-Gvern kien ta l-għarfien ewlieni lill-MUMN biex tirrappreżenta lill-fiżjoterapisti u issa qed jagħmel U-turn kontra kull prinċipju tad-drittijiet tal-bniedem.
L-MUMN irreġistrat ukoll tilwima industrijali fil-konfront ta’ Steward Health Care fis-settur tas-saħħa u l-kura tal-anzjani wara dewmien esaġerat fl-espansjoni u t-titjib fid-Dipartiment tal-fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech. Dawn id-direttivi jkunu rtirata ladarba ir-refurbishment jibda u jkun reġistrat progress.
//= $special ?>