Sport Sport Ieħor

Michael Ellul se jipparteċipa fil-Kampjonat Ewropew tad-Dilettanti f’Munich

Il-Ħamis li ġej, is-sewwieq Michael Ellul se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew tad-Dilettanti fil-korsa ta’ Dagfling fil-kapitali Ġermaniża. Din hi l-ewwel darba li Malta se tipparteċipa f’din il-kompetizzjoni wara li f’Jannar ta’ din is-sena, il-Malta Racing Club daħlet membru fil-Federazzjoni Ewropea għas-Sewwieqa Dilettanti tat-Trott. Għal Ellul din se tkun l-ewwel esperjenza internazzjonali.

Hu se jħalli pajjiżna għada flimkien maċ-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg u l-uffiċjal inkarigata mir-relazzjonijiet pubbliċi Lorraine Cunningham fejn se jattendu għall-Assemblea Ġenerali tal-FEGAT. Ellul se jieħu sehem f’erba’ tiġrijiet fuq distanza ta’ 2100 metru u miegħu se jkun hemm 13-il sewwieq.