Mads Pedersen tad-Danimarka hu ċ-champion il-ġdid tad-dinja taċ-ċikliżmu fit-triq. F’xita kontinwa f’Yorkshire fl-Ingilterra, fl-istess rotta li kienet tagħmel parti mit-Tour de France tal-2014, Pedersen għamel id-distanza ta’ 261 kilometru f’sitt sigħat u 27 minuta.
Huwa fetaħ l-attakk fuq il-grupp ta’ tliet ċiklisti fl-aħħar metri meta bi sprint rebaħ fuq Matteo Trentin tal-Italja li aktar qabel beda l-attakk finali bl-Iżvizzeru Stefan King jidħol fit-tielet post. Sa kilometru mid-dħul, mal-grupp kien hemm ukoll Gianni Moscon tal-Italja li kien qata’ lill-favorit Matthieu van der Poel tal-Olanda u lil Peter Segan, li fil-karriera kien rebaħ il-kampjonat tliet darbiet.
//= $special ?>